11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-54/09 P) (1)
(Appell - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni mill-ġdid ta’ għelieqi għad-dwieli - Regolament (KE) Nru 1493/1999 - Iffissar tal-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija lill-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 1227/2000 - Artikolu 16(1) - Terminu - Natura perentorja)
2010/C 246/07
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u M. Tassopoulou, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-339/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/669/KE tal-4 ta’ Ottubru 2006, li tiffissa għas-sena finanzjarja 2006 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri, għal numru speċifiku ta’ ettari, għar-ristrutturar u l konverżjoni mill-ġdid ta’ għelieqi għad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4348) (ĠU 2006, L 275, p. 62), sa fejn hija tiffissa l-ettari u l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi tal-Greċja
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 82, 04.04.09.
Full & Egal Universal Law Academy