3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Commissione tributaria provinciale di Roma — l-Italja) — Emiliano Zanotti vs Agenzia delle Entrate — Ufficio Roma 2
(Kawża C-56/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Cittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 KE u 49 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul - Dritt għal tnaqqis mill-ammont gross tat-taxxa sa perċentwali fiss tat-total tal-ispejjeż ta’ tagħlim - Kors Universitarju segwit fi Stat Membru ieħor - Impożizzjoni ta’ limitu kwantitattiv - Tnaqqis li ma jaqbiżx il-massimu ffissat għall-ħlas ta’ reġistrazzjoni u l-miżati mħallsa għal servizzi simili provduti minn universitajiet pubbliċi nazzjonali - Impożizzjoni ta’ limitu territorjali - Tnaqqis li ma jaqbiżx il-massimu ffissat għall-ħlas ta’ reġistrazzjoni u l-miżati mħallsa għal servizzi simili pprovduti mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli)
2010/C 179/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Emiliano Zanotti
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio Roma 2
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Roma — Interpretazzjoni tal-Artikoli 149 u 151 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis tal-ispejjeż intiżi għall-ħlas tal-parteċipazzjoni għal korsijiet ta’ tagħlim sekondarju u universitarju li saru barra mill-pajjiż mill-ammont gross ta’ taxxa dovuta fir-rigward ta’ dħul taxxabbli — Limiti
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens:
—
li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju, mogħti mill-istabbilimenti universitarji li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, iżda li teskludi, b’mod ġenerali, din il-possibbiltà fir-rigward tal-ispejjeż ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju privat stabbilit fi Stat Membru ieħor;
—
li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju privat, stabbilit fi Stat Membru ieħor, sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrespondenti stabbiliti għall-attendenza ta’ korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli.
(2)
L-Artikolu 18 KE għandu jiġi interpretat fis sens:
—
li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mogħti minn stabbilimenti universitarji li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda li teskludi, b’mod ġenerali, din il-possibbiltà fir-rigward tal-ispejjeż ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju privat stabbilit fi Stat Membru ieħor;
—
li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà għall-persuni taxxabbli li, mill-ammont gross tat-taxxa, inaqqsu l ispejjeż ta’ kors ta’ tagħlim universitarju mġarrba fi stabbiliment universitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor, sal-limitu massimu ffissat għall-ispejjeż korrespondenti stabbiliti għall-attendenza ta’ korsijiet simili mogħtija mill-università pubblika nazzjonali li tinsab l-eqreb għar-residenza fiskali tal-persuna taxxabbli.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy