14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide
(Kawża C-58/09) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(i) - Eżenzjoni tal-imħatri, tal-lotteriji u logħob ieħor tal-azzard jew tal-flus - Kundizzjonijiet u limiti - Setgħa ta’ determinazzjoni tal-Istati Membri)
2010/C 221/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Leo-Libera GmbH
Konvenuta: Finanzamt Buchholz in der Nordheide
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta mill-VAT biss ċertu logħob tal-imħatri u lotteriji filwaqt li teskludi minn din l-eżenzjoni kull logħob ieħor tal-azzard jew tal-flus.
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tal-fakultà li għandhom l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti għall-eżenzjoni tal-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni jippermettilhom li jeżentaw minn din it-taxxa biss ċerti logħob tal-azzard jew tal-flus.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy