19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — The Queen, fuq it-talba tal-Association of the British Pharmaceutical Industry vs Medicines and Healthcare Products Regulatory Agency
(Kawża C-62/09) (1)
(“Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 94 - Inċentivi finanzjarji għall-kliniċi mediċi li jippreskrivu ċerti prodotti mediċinali lill-pazjenti tagħhom - Awtoritajiet tas-saħħa pubblika - Tobba - Libertà fil-ħruġ ta’ riċetti”)
2010/C 161/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba tal-Association of the British Pharmaceutical Industry
Konvenuta: Medicines and Healthcare Products Regulatory Agency
fil-preżenza ta’: NHS Confederation (Employers) Company Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Implementazzjoni minn korp pubbliku li jifforma parti mis-servizz nazzjonali tas-saħħa pubblika ta’ skema li toffri inċentivi finanzjarji għal benefiċċju tal-kliniċi mediċi talli jippreskrivu ċerti prodott mediċinali lill-pazjenti
Dispożittiv
L-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendat bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix skemi ta’ inċentivi finanzjarji, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, implementati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika bl-għan li jnaqqsu n-nefqa f’dan il-qasam u li huma intiżi sabiex, għall-finijiet ta’ trattament ta’ ċerti kundizzjonijiet mediċi, jiġu ffavoriti mit-tabib riċetti ta’ prodotti mediċinali msemmija speċifikament u li fihom sustanza attiva differenti minn dik ta’ prodott mediċinali li ġie preskritt qabel jew li seta’ ġie preskritt kieku tali skema ta’ inċentivi ma kinitx teżisti.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy