3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Axel Walz vs Clikair S.A.
(Kawża C-63/09) (1)
(“Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Responsabbiltà tat-trasportaturi fir-rigward ta’ bagalji kkontrollati - Artikolu 22(2) - Limiti ta’ responsabbiltà fil-każ ta’ distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien tal-bagalji - Kunċett ta’ ‘dannu’ - Danni materjali u morali”)
2010/C 179/15
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Axel Walz
Konvenuta: Clikair S.A.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil (Barcelona) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montréal), (Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491) — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489) — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’dak li jikkonċerna t-trasport bl-ajru ta’ passiġġiera u tal-bagalji tagħhom — Limitu fil-każ ta’ distruzzjoni, telf, dannu jew dewmien tal-bagalji — Danni materjali u morali
Dispożittiv
It-terminu “dannu” li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, li jistabbilixxi l-limitu tar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru, għad-dannu subit, b’mod partikolari, minħabba t-telf tal-bagalji għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi kemm id-danni materjali kif ukoll id-danni morali.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy