5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-64/09) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - L-Artikoli 5(3) u (4), 6(3) u 7(1) - Traspożizzjoni mhux konformi”)
2010/C 148/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta l-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex jittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4), 6(3), 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “informazzjoni taż-żarmar [informazzjoni dwar iż-żarmar]” ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u ta’ “żarmar [strippjar]”waqt it-trattament tagħhom — Obbligu għall-manifatturi tal-vetturi u għall-produtturi tal-komponenti li jipprovdu, għal kull tip ta’ vettura ġdida mqiegħda fis-suq, informazzjoni dwar iż-żarmar tagħha, fil-forma ta’ manwali jew b’mezzi elettroniċi tal-medja
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx il-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex tittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4) sa fejn, għal dan l-aħħar paragrafu, dawk li jiddemolixxu li jkunu aċċettaw li jieħdu lura għal distruzzjoni vetturi li ma għadhomx jintużaw huma esklużi mis-sistema ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ trattament, l-Artikoli 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy