23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Kirin Amgen, Inc. vs Lietuvos Respublikos valstybinis patentų biuras
(Kawża C-66/09) (1)
(Dritt ta’ privattiva - Prodotti farmaċewtiċi - Regolament (KEE) Nru 1768/92 - Artikoli 7, 9 u 19a(e) - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali - Terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ta’ tali ċertifikat)
2010/C 288/17
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kirin Amgen, Inc.
Konvenuta: Lietuvos Respublikos valstybinis patentų biuras
fil-preżenza ta’: Amgen Europe BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(b), 7(1), 13(1) kif ukoll l-Artikoli 19 u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjon Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200) — Kumpannija detentur ta’ privattiva Ewropea u ta’ awtorizzazzjoni Komunitarja għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali, li applikat għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal dan il-prodott mediċinali — Determinazzjoni tad-data tal-bidu tat-terminu previst għall-preżentata tal-applikazzjoni għal ċertifikat supplimentari — Data tal-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament inkwistjoni għal-Litwanja permezz tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
L-Artikoli 7 u 19a(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bl-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jippermettux lid-detentur ta’ privattiva bażika valida għal prodott milli japplika mal-awtoritajiet Litwani kompetenti, fit-terminu ta’ sitt xhur wara d-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Litwanja fl-Unjoni Ewropea, għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta, iktar minn sitt xhur qabel l-adeżjoni, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tkun inkisbet għal dan il-prodott, bħala prodott mediċinali, skont ir-Regolament Nru 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali, iżda meta t-tali prodott ma jkunx kiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Litwanja.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy