18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 — Nuova Agricast Srl, Cofra srl vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-67/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-iskema kompatibbli mas-suq komuni - Talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni - Miżuri tranżitorji bejn din l-iskema u l-iskema preċedenti - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma topponix l-iskema preċedenti - Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali)
2010/C 346/17
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Nuova Agricast Srl, Cofra srl (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla), tat-2 ta’ Diċembru 2008, Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni (T-362/05 u T-363/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2000 li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni skema ta’ għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [għajnuna mill-Istat Nru 715/99 — Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Nuova Agricast Srl u Cofra Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy