30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Comitato “Venezia vuole vivere” (C-71/09 P), Hotel Cipriani Srl (C-73/09 P), Società Italiana per il gas SpA (Italgas) (C-76/09 P) vs Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana
(Kawżi magħquda C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Eċċezzjoni ta’ litis pendens - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna multisettorjali - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Deċiżjoni 2000/394/KE - Natura kumpensatorja - Impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju - Impatt fuq il-kompetizzjoni - Firxa tal-istħarriġ - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 87(2)(b) u (3)(b) sa (d) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 14 u 15)
2011/C 226/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Comitato «Venezia vuole vivere» (rappreżentant: A. Vianello, avukat) (C-71/09 P), Hotel Cipriani Srl (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati) (C-73/09 P), Società Italiana per il gas SpA (Italgas) (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo u T. Ubaldi, avukati) (C-76/09 P)
Appellati: Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl (rappreżentant: A. Bianchini, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti, u A. Dal Ferro, avukat), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement minn G. Palmieri, aġenti u P. Gentili, avvocato dello Stato)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tat-28 ta’ Novembru 2008, Hotel Cipriani SpA et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-254/00, T-270/00 u T-277/00), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU L 150, p. 50)
Dispożittiv
(1)
L-appelli tal-Comitato “Venezia vuole vivere”, ta’ Hotel Cipriani Srl u ta’ Società Italiana per il gas SpA (Italgas) kif ukoll l-appell inċidentali ta’ Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl huma miċħuda.
(2)
L-appell inċidentali tal-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.
(3)
Il-Comitato “Venezia vuole vivere”, Hotel Cipriani Srl, Società Italiana per il gas SpA (Italgas) u Coopservice — Servizi di fiducia Soc. coop. rl huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-appelli prinċipali u mal-appell inċidentali ta’ din tal-aħħar.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali tagħha.
(5)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy