26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda vs Ministero della Salute
(Kawża C-77/09) (1)
(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Direttiva 2006/134/KE - Validità - Restrizzjonijiet fl-użu tal-fenarimol bħala sustanza attiva)
2011/C 63/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda
Konvenut: Ministero della Salute
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio — Validità, fir-rigward tal-limitazzjonijiet fuq l-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva, tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva (ĠU L 314M, p. 463).
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma juri l-ebda l-element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy