22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-79/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 13 u 132 - Korpi rregolati mid-dritt pubbliku - Vesti ta’awtoritajiet pubbliċi - Attivitajiet - Nuqqas ta’ ssuġġettar - Eżenzjonijiet - Setturi soċjo-kulturali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni - “Ewroreġjuni” - Promozzjoni tal-mobilità professjonali - Provvista ta’ persunal - Oneru tal-prova)
2010/C 134/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, D.J.M. de Grave u Y. de Vries, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1)(ċ), 13, 24(1) u 132 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Provvista ta’ persunal fis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dak soċjo-kulturali — Promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol — Ewroreġjun
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 6.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy