19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja.) — Dimos Agios Nikolaos — Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon.
(Kawża C-82/09) (1)
(Regolament (KE) Nru 2152/2003 - Monitoraġġ tal-foresti u tal-interazzjonijiet ambjentali fl-Unjoni - Definizzjonijiet - Kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “art oħra bis-siġar” - Kamp ta’ applikazzjoni)
2010/C 161/15
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dimos Agios Nikolaos — Kriti
Konvenuta: Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2151/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003, li jirrigwardja monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 285) — Kunċetti ta’ “foresta” u “art oħra bis-siġar” — Definizzjonijiet diverġenti fir-regolament
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament Nru 2152/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, li jirrigwardja monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus) li għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, jiddefinixxu l-kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “artijiet bis-siġar” għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jinkludu definizzjonijiet differenti ta’ dawn il-kunċetti fir-rigward ta’ azzjonijiet li ma humiex irregolati minn dan ir-regolament.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy