9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Kronoply GmbH & Co. KG, Kronotex GmbH & Co. KG, Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Land Sachsen-Anhalt
(Kawża C-83/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(2) u (3) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà - Motivi għall-annullament li jistgħu jiġu invokati - Kunċett ta’ “parti interessata” - Rabta ta’ kompetizzjoni - Assenjazzjoni - Suq tal-provvista)
2011/C 204/09
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u V. Kreuschitz, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Kronoply GmbH & Co. KG, Kronotex GmbH & Co. KG (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati), Zellstoff Stendal GmbH (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u K. Karl, avukati), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Land Sachsen-Anhalt
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008, Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni (T-388/02), sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ammissibbli (minkejja li fl-aħħar mill-aħħar ċaħditu bħala infondat) rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta — Evalwazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 88(3) KE ppreżentat minn parti interessata fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea u Zellstoff Stendal GmbH għandhom ibatu l ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy