19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-89/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 43 KE - Saħħa pubblika - Tħaddim ta’ laboratorji tal-bijoloġija medika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għal 25 % is-sehem li azzjonisti li ma jeżerċitawx il-professjoni ta’ bijologu jista’ jkollhom fil-kapital azzjonarju - Projbizzjoni ta’ żamma ta’ azzjonijiet fil-kapital ta’ iktar minn żewġ kumpanniji li joperaw, konġuntament, laboratorju jew diversi laboratorji tal-bijoloġija medika - Għan intiż li jiżgura l-indipendenza professjonali tal-bijologi - Għan intiż għaż-żamma ta’ pluralità tal-offerta fil-qasam tal-bijoloġija medika - Koerenza - Proporzjonalità)
2011/C 55/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 43 KE — Regoli fil-qasam tat-tħaddim tal-laboratorji tal-bijoloġija medika — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għal 25 % is-sehem li azzjonisti li ma jeżerċitawx il-professjoni ta’ bijologu jista’ jkollhom fil-kapital azzjonarju — Projbizzjoni ta’ żamma ta’ azzjonijiet fil-kapital ta’ iktar minn żewġ kumpanniji li joperaw, konġuntament, laboratorju jew diversi laboratorji tal-bijoloġija medika — Restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment iġġustifikati mill-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u proporzjonati?
Dispożittiv
(1)
Billi pprojbiet lill-bijologi milli jżommu azzjonijiet fil-kapital ta’ iktar minn żewġ kumpanniji stabbiliti sabiex joperaw, konġuntament, laboratorju jew diversi laboratorji tal-bijoloġija medika, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy