12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — General Química, SA, Repsol Química, SA, Repsol YPF, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-90/09 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Grupp ta’ impriżi - Responsabbiltà in solidum ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lill-kumpannija parent kap tal-grupp)
2011/C 80/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: General Química, SA, Repsol Química, SA, Repsol YPF, SA (rappreżentanti: J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate u J. Jiménez-Laiglesia Oñate, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castello de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008, General Química et vs Il-Kummissjoni (T-85/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Co. Inc (ex Uniroyal Chemical Co. Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corp. (ex Crompton Corp.), General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA (Kawża COMP/F/C.38.443 — Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku) (ĠU L 353, p. 50), kif ukoll, sussidjarjament, tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta’ Diċembru 2008, General Química et vs Il-Kummissjoni (T-85/06), hija annullata f’dak li jirrigwarda ċ-ċaħda tar-rikors ta’ General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2005, dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Company Inc. (ex Uniroyal Chemical Company Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corporation (ex Crompton Corporation.), General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA (Kawża COMP/F/C.38.443 — Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku), inkwantu, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ma esponietx ir-raġunijiet milqugħa insostenn tal-konklużjoni li skontha, il-komunikazzjoni fejn Repsol Química SA ordnat lil General Química SA sabiex twaqqaf kwalunkwe prattika li setgħet tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni kienet biżżejjed, hi waħedha, sabiex turi li Repsol Química SA eżerċitat influwenza determinanti fuq il-politika ta’ General Química SA mhux biss fis-suq, iżda wkoll f’dak li kellu x’jaqsam mal-aġir ta’ ksur, liema aġir kien is-suġġett tad-deċiżjoni 2006/902, u fejn, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod konkret l-elementi ppreżentati minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA bl-għan li juru l-awtonomija ta’ General Química SA fl-ippjanar u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha.
(2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
(3)
Ir-rikors ippreżentat minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha relatati ma’ din l-istanza, u General Química SA, Repsol Química SA, kif ukoll Repsol YPF SA huma kkundannati għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy