3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-94/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(1) u (2) - Provvista ta’ servizzi mogħtija minn kummissjonanti tal-funerali - Applikazzjoni ta’ taxxa mnaqqsa fuq is-servizzi ta’ trasport ta’ kadavru bil-vetturi)
2010/C 179/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 sa 99(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Attivitajiet tal-kummissjonanti tal-funerali — Obbligu li tiġi applikata rata ta’ taxxa unika fil-konfront tas-servizz kumpless u indiviżibbli mogħti minn dawn l-impriżi — Projbizzjoni milli jiġu applikati rati mnaqqsa varjabbli tal-VAT.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy