18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — l-Awstrija) — Ingrid Schmelz vs Finanzamt Waldviertel
(Kawża C-97/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artkoli 24(3) u 28i - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 283(1)(ċ) - Validità - Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Skema speċjali għall-impriżi żgħar - Eżenzjoni mill VAT - Rifjut għall-benefiċċju tal-eżenzjoni lill-persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħrajn - Kunċett ta’ ‘dħul mill bejgħ annwali’)
2010/C 346/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ingrid Schmelz
Konvenuta: Finanzamt Waldviertel
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Validità ta’ silta testwali li tinsab fl-Artikolu 24(3) u fl-Artikolu 28i tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, li temenda d-Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 224) kif ukoll ta’ silta testwali li tinsab fl-Artikolu 283(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Skema speċjali għall-impriżi żgħar fil-qasam tal-VAT li tippermetti l-eżenzjoni mit-taxxa ħlief fil-każ ta’ provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi magħmula minn persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fil-pajjiż — Rifjut għall-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-UE, skont id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq — Kompatibbiltà ta’ din l-iskema mal-Artikoli 12, 43 u 49 KE kif ukoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju — Fil-każ ta’ invalidità tas-siltiet testwali kkonċernati, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “dħul mill-bejgħ annwali” li jinsab, minn naħa, fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 77/388/KEE, iċċitata iktar ’il fuq, u fil-punt 2(ċ) tat-Titolu IX, “It-Tassazzjoni”, tal-Anness XV tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU C 241, p. 335), kif ukoll, min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, iċċitata iktar ’il fuq
Dispożittiv
(1)
L-eżami tad-domandi ma jirrileva l-ebda fattur ta’ natura li jista’ jaffettwa l-validità fir-rigward tal-Artikolu 49 KE, tal-Artikoli 24(3) u 28i tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsil 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, kif ukoll tal-Artikolu 283(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
(2)
L-Artikoli 24 u 24i tad-Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/18, kif ukoll l-Artikoli 284 sa 287 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “negozji totali annwali” [“dħul mill bejgħ annwali”] jirreferi għad-dħul mill-bejgħ miksub minn impriża f’sena fi Stat Membru li fih hija stabbilita.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009
Full & Egal Universal Law Academy