28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Najwyższy — ir-Repubblika tal-Polonja) — Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-99/09) (1)
(Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttiva 220/22/KE - Artikolu 30(2) - Portabbiltà tan-numri tat-telefon - Setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Ħlas mitlub lill-abbonati - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż)
2010/C 234/17
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o.
Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Portabbbiltà tan-numri tat-telefon — Obbligu tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-eżekuzzjoni tal-obbligu li tara li t-tariffa dovuta mill-konsumatur għall-użu tas-servizz ta’ portabbiltà ma jkollhiex effett dissważiv, l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi tat-telefonija mobbli sabiex jipprovdu dan is-servizz
Dispożittiv
L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi ta’ netwerks ta’ telefonija mobbli sabiex jattivaw is-servizz ta’ portabbiltà tan-numru meta tevalwa n-natura dissważiva tal-ħlas mitlub lill-konsumaturi għall-użu tal-imsemmi servizz. Madankollu, hija żżomm is-setgħa li tiffissa l-ammont massimu ta’ dan il-ħlas mitlub lill-operaturi f’livell inqas mill-ispejjeż sostnuti minn dawn tal-aħħar, meta ħlas, ikkalkolat abbażi ta’ dawn l-ispejjeż biss, jista’ jiddiswadi l-utenti milli jużaw il-faċilità tal-portabbiltà..
(1) ĠU C 129, 06.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy