21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-100/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/14/KE - Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva2004/109/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 282/31
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Jelínek u P. Dejmek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (ĠU L 69, p.27)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy