19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze — l-Italja) — Camar Srl vs Presidente del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-102/09) (1)
(Ftehim internazzjonali - Konvenzjoni ta’ Yaoundé - Ir-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE ta’ Lomé - Klawżola ta’ “standstill” - Taxxa interna - Banana)
2010/C 161/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Camar Srl
Konvenut: Presidente del Consiglio dei Ministri
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Firenze — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Banana — Kompatibbiltà mal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé u mas-sistema ta’ importazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni ACP-KEE ta’ Lomé ta’ liġi nazzjonali li timponi taxxa tal-konsum fuq il-banana li toriġina mis-Somalja
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma’ din il-Komunità, iffirmata f’Yaoundé fl-20 ta’ Lulju 1963, ma jipprekludix l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-Liġi Nru 986/1964, tad-9 ta’ Ottubru 1964.
(2)
Il-qorti nazzjonali mhijiex marbuta teżamina l-effetti konkreti taż-żidiet ta’ taxxa fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mis-Somalja, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-konfront tas-sitwazzjoni preċedenti għall-1 ta’ April 1976 sabiex tevalwa l-kompatibbilta ta’ dawn iż-żidiet mal-klawżola ta’ “standstill” li tinsab fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 5, dwar il-banana, anness mar-Raba’ Konvenzjoni AKP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989. Madankollu, żidiet ta’ tali taxxa li sempliċement jaġġustawha sabiex tittieħed kont tal-inflazzjoni mhumiex kuntrarji għal din il-klawżola.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009
Full & Egal Universal Law Academy