14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Belgique) — Terre wallonne ASBL (C-105/09), Inter-Environnement Wallonie ASBL (C-110/09) vs Région wallonne
(Kawżi maqgħuda C-105/09 u C-110/09) (1)
(Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkważat min nitrati minn sorsi agrikoli - Programmi ta’ azzjoni li jirrigwardaw iż-żoni)
2010/C 221/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terre wallonne ASBL (C-105/09), Inter-Environnement Wallonie ASBL (C-110/09)
Konvenuta: Région wallonne
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68), u tal-Artikoli 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewpropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) — Twaqqif ta’ programmi ta’ azzjoni rigward iż-żoni vulnerabbli indikati — Natura u portata tal-obbligu — Evalwazzjoni meħtieġa tal-effetti tal-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu fuq l-ambjent.
Dispożittiv
Programm ta’ azzjoni adottat taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli huwa bħala prinċipju pjan jew programm imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent meta dan jikkostitwixxi “pjan” jew “programm” fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din l-aħħar direttiva u meta fih miżuri li r-rispett tagħhom jikkondizzjona l-ħruġ tal awtorizzazzjoni li tista’ tingħata għat-twettiq tal-proġetti enumerati fl Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE tal-Kunill tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, hekk kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy