28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Government of Gibraltar, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Renju ta’ Spanja (C-106/09), Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Government of Gibraltar, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawżi magħquda C-106/09 P u C-107/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Selettività materjali - Sistema fiskali - Ġibiltà - Kumpanniji “off-shore”)
2012/C 25/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
C-106/09 P
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, V. Di Bucci u N. Khan, aġenti)
Partijiet l-oħra fil-proċedura: Il-Government of Gibraltar (rappreżentanti: J. Temple Lang, solicitor, M. Llamas, barrister, u A. Petersen, avukat), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: I. Rao, aġent, D. Anderson QC, M. Gray, barrister), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u J.M. Rodríguez Cárcamo, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-Government of Gibraltar u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, u B. Doherty, barrister)
C-107/09
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u J.M. Rodríguez Cárcamo, aġenti)
Partijiet l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, V. Di Bucci u N. Khan, aġenti), Il-Government of Gibraltar (rappreżentanti: J. Temple Lang, solicitor, M. Llamas, barrister, A. Petersen, avukat), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: I. Rao, aġent, D. Anderson QC, u M. Gray, barrister)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tielet Awla Estiża), tat-18 ta’ Diċembru 2008, Il-Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni (T-211/04 u T-215/04) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/261/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, dwar l-iskema ta’ għajnuna li r-Renju Unit qiegħed jippjana li jimplementa rigward ir-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji mill-Gvern ta’ Ġibiltà (Għajnuna mill-Istat Nru C 66/2002 ex (N 534/2002) — Ir-Renju Unit)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-18 ta’ Diċembru 2008, Il-Government of Gibraltar u r-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (T-211/04 u T-215/04), hija annullata.
(2)
Ir-rikors tal-Government of Gibraltar u r-rikors tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma miċħuda.
(3)
Il-Government of Gibraltar u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Renju ta’ Spanja fil-każ ta’ dawn l-appelli kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel istanza.
(4)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Irlanda, bħala intervenjenti, rispettivament quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy