26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Robert Koller
(Kawża C-118/09) (1)
(Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” skont l-Artikolu 234 KE - Rikonoxximent tad-diplomi - Direttiva 89/48/KEE - Avukat - Reġistrazzjoni fl-elenku tal-ordni ta’ professjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih id-diploma ġiet approvata)
2011/C 63/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission
Partijiet fil-kawża prinċipali
Robert Koller
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337) — Applikabbiltà tad-Direttiva fil-każ ta’ ċittadin Awstrijak, irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati fi Spanja, wara r-rikonoxximent tad-diploma Awstrijaka tiegħu u wara studji komplementari għal perijodu ta’ inqas minn tliet snin imwettqa f’università Spanjola, u li, wara li eżerċita fi Spanja l-professjoni tiegħu għal tliet ġimgħat, applika sabiex joqgħod għall-aptitude test meħtieġ sabiex ikun irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati fl-Awstrija, fuq il-bażi tat-titolu li jawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni maħurġ fi Spanja
Dispożittiv
(1)
Sabiex jingħata aċċess, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tgħaddi mill-aptitude test, għall-professjoni rregolata ta’ avukat fl-Istat Membru ospitanti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, jistgħu jiġu invokati mit-titolari ta’ titolu mogħti f’dan l-Istat Membru wara kors postsekondarju ta’ iktar minn tliet snin, kif ukoll ta’ titolu ekwivalenti mogħti fi Stat Membru ieħor wara taħriġ komplementari ta’ inqas minn tliet snin u li jawtorizzah jaċċedi, f’dan l-aħħar Stat, għall-professjoni rregolata ta’ avukat li huwa kien effettivament jeżerċita hemmhekk fid-data meta talab li jiġi awtorizzat li jagħmel l-aptitude test.
(2)
Id-Direttiva 89/48, kif emendata mid-Direttiva 2001/19, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jirrifjutaw lil persuna li ssib ruħha f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali l-awtorizzazzjoni li tagħmel l-aptitude test għall-professjoni ta’ avukat fin-nuqqas ta’ prova li hija wettqet l-istage ta’ prattika rikjest mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy