21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique
(Kawża C-119/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 24 - Preklużjoni tal-projbizzjonijiet ġenerali kollha fuq komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati - Professjoni ta’ awditur - Projbizzjoni li jiġu ssoleċitati klijenti prospettivi)
2011/C 152/05
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société fiduciaire nationale d’expertise comptable
Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) u, speċifikament, l-Artikolu 24 tagħha dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati — Prattiki kummerċjali ta’ ssoleċitar ta’ klijenti prospettivi — Preklużjoni, fir-rigward tal-professjonijet irregolati mid-direttiva, ta’ kull projbizzjoni ġenerali, tkun xi tkun il-forma ta’ prattika kummerċjali kkonċernata, jew possibbiltà, għall-Istati Membri, li jżommu l-projbizzjonijiet ġenerali għal ċerti prattiki kummerċjali bħal dik ta’ ssoleċitar ta’ klijenti prospettivi?
Dispożittiv
L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern għandu jkun interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi totalment lill-membri ta’ professjoni rregolata, bħalma hija l-professjoni ta’ awditur, milli jwettqu atti li jiġu ssoleċitati klijenti prospettivi.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy