27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta' Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-120/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’terraferma - Kunċetti ta’ “ħażna taħt l-art” u ta’ “eluate” - Obbligu li jiġu ddeterminati l-livelli mixtieqa li minn meta jinqabżu jista’ jitqies li s-sit tal-miżbla għandu effett ħażin sinjifikattiv fuq il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskrit għal dak li jikkonċerna ir-Reġjun tal-Vallonja)
2010/C 51/18
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju [rappreżentant: T. Materne, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fil-liġi tal-Vallonja tal-Artikolu 2 (f), (j) u (k) u tal-ittra C tal-punt 4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 4 p. 228 — 246) — Kunċetti ta’ “ħażna taħt l-art”, “gass tat-terraferma” u “eluate” — Obbligu li jiġu ddeterminati l-limiti mixtieqa li minn meta jinqabżu jista’ jitqies li s-sit tal-miżbla għandu effett ħażin sinjifikattiv fuq il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art
Dispożittiv
(1)
Billi ma żgurax it-traspożizzjoni, għal dak li jikkonċerna ir-Reġjun tal-Vallonja, tal-Artikolu 2(f),(j) u (k), kif ukoll tal-ittra C tal-punt 4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.
(2)
Ir-Renju ta l-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy