19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Enosi Efopliston Aktoploïas et vs Ypourgos Emporikis Naftilías, Ypourgos Aigaíou
(Kawża C-122/09) (1)
(Trasport marittimu - Kabotaġġ marittimu - Regolament (KEE) Nru 3577/92 - Eżenzjoni temporanja mill-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament - Obbligu tal-Istati Membri li ma jadottawx, qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ eżenzjoni, dispożizzjonijiet li jistgħu jimminaw serjament l-implementazzjoni tal-imsemmi regolament)
2010/C 161/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġrieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enosi Efopliston Aktoploïas, ANEK, Minoikes grammes, N.E. Lésvou, Blue Star Ferries
Konvenuti: Ypourgos Emporikis Naftilías, Ypourgos Aigaíou
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 4 u 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10) — Eżenzjoni temporanja mill-implementazzjoni tar-Regolament — Obbligu tal-Istati Membri li ma jadottawx, qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ eżenzjoni, dispożizzjonijiet li jistgħu jimminaw l-implementazzjoni sħiħa u kompluta tar-Regolament — Dritt tal-individwi li jinvokaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bil-għan li jikkontestaw il-validità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom tali effett
Dispożittiv
Jekk jitqies li l-leġiżlatur Elleniku kellu l-obbligu, matul il-perijodu ta’ eżenzjoni mill-implementazzjoni fil-Greċja tar-Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), li jżomm lura milli jadotta dispożizzjonijiet ta’ natura tali li jimminaw serjament l-implementazzjoni sħiħa u effettiva tal-imsemmi regolament, mill-1 ta’ Jannar 2004, f’liema data skada l-imsemmi perijodu ta’ eżenzjoni, din l-implementazzjoni sħiħa u effettiva mhijiex serjament imminata mis-sempliċi fatt li fl-2001 il-leġiżlatur Elleniku adotta dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-imsemmi regolament, li għandhom natura eżawrjenti u permanenti, u li ma jipprovdux għall-iskadenza tal-validità tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2004.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy