16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-125/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE - Drittijiet ta’ passaġġ - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2012/C 174/03
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, A. Nijenhuis u H. Krämer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Lykourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) — Ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, p. 21) — Għoti u awtorizzazzjoni ta’ drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti riżorsi fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata lil impriża awtorizzata sabiex tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
Dispożittiv
(1)
Billi ma ggarantietx l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u fil-ħin, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttivi.
(2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy