20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-132/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Statut tal-Iskejjel Ewropej - Ftehim dwar is-Sede tal-1962 - Konvenzjonijiet tal-1957 u tal-1994 - Klawżola ta’ arbitraġġ - Artikolu 10 KE - Finanzjament tal-Iskejjel Ewropej - Spejjeż ta’ tagħmir u materjal didattiku)
2010/C 317/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u B. Eggers, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: J.-C. Halleux, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Ftehim iffirmat fit-12 ta’ Ottubru 1962 bejn il-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej u r-Renju tal-Belġju u tal-Artikolu 10 KE — Rifjut ta’ ħlas tal-ispejjeż ta’ tagħmir u materjal didattiku tal-Iskejjel Ewropej mill-awtoritajiet Belġjani — Ġustifikazzjonijiet li jirriżultaw mis-sistema ġuridika interna — Nuqqas ta’ atti jew dikjarazzjonijiet ulterjuri tal-partijiet, fis-sens tal-Artikolu 31(3)(a) u (b) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar id-dritt tat-Trattati, li jqiegħdu inkwistjoni l-Ftehim dwar is-Sede
Dispożittiv
(1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 226 KE, fejn issostni li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-Ftehim dwar is-Sede konkluż fit-12 ta’ Ottubru 1962 bejn il-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskola Ewropea u l-Gvern tal-Belġju, moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy