20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Stadt Graz vs Strabag AG, Teerag-Asdag AG, Bauunternehmung Granit GesmbH
(Kawża C-314/09) (1)
(Direttiva 89/665/KEE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Rikors għad-danni - Għoti ta’ kuntratt illegali - Regola nazzjonali ta’ responsabbilità bbażata fuq preżunzjoni ta’ ħtija tal-awtorità kontraenti)
2010/C 317/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stadt Graz
Konvenuti: Strabag AG, Teerag-Asdag AG, Bauunternehmung Granit GesmbH
Fil-preżenza ta’: Land Steiermark
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberster Gerichtdof - Interpretazzjoni tal Artikolu 1(1) u (2), u 2(1)(ċ) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246) - Għoti illegali ta’ kuntratt pubbliku skont deċiżjoni tal-qorti ta’ reviżjoni li għandha forza vinkolanti għall-awtorità kontraenti - Illegalità ta’ kuntratt pubbliku minħabba ksur tal leġiżlazzjoni nazzjonali - Kundizzjonijiet rikjesti għal rikors għad-danni - Prinċipju ta’ effettività
Dispożittiv
Id-Direttiva tal Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għad-danni minħabba ksur tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi minn awtorità kontraenti għall-kundizzjoni ta’ ħtija ta’ dan il-ksur, inkluż meta l applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tkun ibbażata fuq preżunzjoni ta’ ħtija tal imsemmija awtorità kontraenti kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ possibbiltà li din l awtorità tinvoka n-nuqqas ta’ kapaċitajiet individwali u, għaldaqstant, fuq ir responsabbiltà suġġettiva għall-ksur allegat.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy