19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State) — Marc Michel Josemans vs Burgemeester van Maastricht
(Kawża C-137/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-merkanzija - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Miżura ta’ awtorità pubblika lokali li tirriżerva l-aċċess għall-coffee-shops għar-residenti Olandiżi - Kummerċjalizzazzjoni ta’ drogi msejħa “ħfief” - Kummerċjalizzazzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku u ta’ ikel - Għan intiż għall-ġlieda kontra t-turiżmu tad-droga u tal-inkonvenjenzi li joħloq - Ordni pubbliku - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Koerenza - Proporzjonalità)
2011/C 55/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marc Michel Josemans
Konvenut: Burgemeester van Maastricht
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 18 KE, 29 KE u 49 KE — Turiżmu tad-droga — Dispożizzjoni tal-pulizija muniċipali li tipprojbixxi l-aċċess tal-persuni mhux residenti għall-coffeeshops li jbigħu drogi narkotiċi — Ordni pubbliku — Trattament differenti
Dispożittiv
(1)
Fil-kuntest tal-attività tagħha li tikkonsisti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ drogi narkotiċi li ma jagħmlux parti minn mezzi strettament issorveljati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintużaw għal għanijiet mediċi jew xjentifiċi, persuna li tmexxi coffee-shop ma tistax tibbaża ruħha fuq l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 29 KE jew 49 KE sabiex tikkontesta dispożizzjoni komunali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi li persuni li ma jirrisjedux fil-Pajjiżi l-Baxxi jidħlu f’tali stabbilimenti. Fir-rigward tal-attività li tikkonsisti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku u ta’ ikel, f’dawn l-istess stabbilimenti, l-Artikoli 49 KE et seq jistgħu jiġu effettivament invokati minn tali persuna li tmexxi coffee-shop.
(2)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilita mit-Trattat KE. Din ir-restrizzjoni hija madankollu ġġustifikata mill-għan intiż għall-ġlieda kontra t-turiżmu tad-droga u tal-inkonvenjenzi li joħloq.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009
Full & Egal Universal Law Academy