31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale di Genova — L-Italja) — Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-140/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Sussidji mħallsa lil impriża ta’ trasport marittimu li għandha obbligi ta’ servizz pubbliku - Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà li jingħata ħlas akkont qabel l-approvazzjoni ta’ ftehim)
2010/C 209/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale de Genova — Għajnuna mill-Istat — Kompatibbiltà mal-Artikoli 86 sa 88 KE ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna lil impriżi ta’ trasport marittimu inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku fin-nuqqas ta’ ftehim bejniethom u l-amministrazzjoni u mingħajr stabbiliment ta’ kriterji speċifiċi sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li sussidji mħallsa f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, skont leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-pagament ta’ ħlas akkont qabel l-approvazzjoni ta’ ftehim, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jekk dawn is-sussidji jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jkunu ta’ distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy