4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-154/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Artikoli 3(2) u 8(2) - Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali - Traspożizzjoni inkorretta)
2010/C 328/07
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Nijenhuis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, L. Morais, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali
Dispożittiv
(1)
Billi ma ttrasponietx korrettament fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-ħatra tal-fornitur jew tal-fornituri tas-servizz universali u, fi kwalunkwe każ, billi ma żguratx l-applikazzjoni prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009
Full & Egal Universal Law Academy