4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-157/09) (1)
(Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika)
2012/C 32/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u M.A.M. de Ree, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: T. Mihelič, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 45 KE — Aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha — Kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika
Dispożittiv
(1)
Billi impona kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43 KE.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 180, 1.8.2009.
Full & Egal Universal Law Academy