3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E. vs Ypourgos Oikonomikon
(Kawża C-160/09) (1)
(Regolament (KEE) Nru 1591/84 - Ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea minn naħa, u l-Ftehim ta’ Cartagena u l-pajjiżi membri tiegħu, il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela, min-naħa l-oħra - Klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit - Effett dirett - Dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni ta’ banana fil-Greċja)
2010/C 179/20
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E.
Konvenut: Ypourgos Oikonomikon
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1591/84, tal-4 ta’ Ġunju 1984, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea minn-naħa waħda, u l-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu — il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela — min-naħa l-oħra (ĠU L 153, p.1) — Klawżola tan-nazzjon l-iktar favorit — Dritt ta’ individwu, li qed jitlob li jingħata rifużjoni ta’ taxxa interna, li jinvoka l-inkompatibbiltà tagħha mal-imsemmi ftehim — Sistema ta’ importazzjoni tal-banana
Dispożittiv
L-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Ftehim ta’ Cartagena u l-istati membri tiegħu — il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù u l-Venezwela — min-naħa l-oħra, approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1591/84, tal-4 ta’ Ġunju 1984, ma jagħtix lil individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati ta’ Stat Membru.
(1) ĠU C 153 04.07.2009
Full & Egal Universal Law Academy