30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Kakavetsos-Fragkopoulos AE Epexergasias kai Emporias Stafidas, li kienet K. Fragkopoulos kai SIA O.E. vs Nomarchiaki Aftodioikisi Korinthias
(Kawża C-161/09) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi - Passolina ta’ Kórinthos - Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża għall-protezzjoni tal-kwalità tal-prodott - Limiti imposti għall-kummerċjalizzazzjoni skont id-diversi reġjuni ta’ produzzjoni - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità)
2011/C 130/05
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kakavetsos-Fragkopoulos AE Epexergasias kai Emporias Stafidas, li kienet K. Fragkopoulos kai SIA O.E.
Konvenuta: Nomarchiaki Aftodioikisi Korinthias
fil-preżenza ta’: Ypourgos Georgias, Enosis Agrotikon Synaiterismon Aigialeias tou Nomou Achaïas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddistingwi r-reġjuni ta’ produzzjoni taż-żbib skont il-kwalità tagħhom — Projbizzjoni ta’ trasferiment, ipproċessar u kumerċjalizzazzjoni taż-żbib mir-reġjun B, ta’ kwalità inferjuri, lejn ir-reġjun A, ta’ kwalità ogħla — Projbizzjoni ta’ trasferiment, elaborazzjoni u kkumerċjalizzazzjoni fir-reġjun A ta’ żbib ta’ kwalità għolja li joriġina minn parti speċifika ta’ dan l-istess reġjun — Kompatibbiltà mal-Artikoli 29 u 30 KE.
Dispożittiv
L-Artikolu 29 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi projbizzjoni assoluta ta’ introduzzjoni, ta’ ħżin, ta’ pproċessar u ta’ imballaġġ, għall-finijiet ta’ esportazzjoni ta’ żbib kemm bejn iż-żewġ subżoni taż-żona A kif ukoll bejn it-tieni subżona taż-żona A u ż-żona B, sa fejn ma tippermettix li jintlaħqu b’mod koerenti l-għanijiet leġittimi intiżi u tmur lill’hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy