15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-164/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi - Kaċċa)
2011/C 13/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra u D. Recchia, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Calmieri, aġent u G. Fiengo, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) — Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi — Regione Veneto
Dispożittiv
(1)
Peress li r-Regione Veneto adotta u applika leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar li ma tossrvax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, ir-Repubblika Taljan naqset milli twettaq l-obbligi taħt l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Taljan hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy