17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-170/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/60/KE - Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 100/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy