9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-176/09) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 2009/12/KE - Imposti tal-ajruporti - Kamp ta’ applikazzjoni - Ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom jaqbeż il-5 miljun passiġġier fis-sena u dawk li jirreġistraw l-ikbar numru ta’ passiġġieri fis-sena għal kull Stat Membru - Validità - Prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjità)
2011/C 204/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent u P. Kinsch, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Kovenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u M. Moore, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u C. Vrignon, agenti)
Suġġett
Rikors għal annullament — Annullament tal-aħħar parti tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, p. 11) — Applikazzjoni tad-direttiva għall-ajruporti bl-ogħla moviment ta’ passiġġieri f’kull Stat Membru — Ajruport ta’ Luxembourg-Findel — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Slovakka u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009
Full & Egal Universal Law Academy