11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — ir-Repubblika tal-Polonja) — Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku vs Profaktor Kulesza, Frankowski, Jóźwiak, Orłowski spółka jawna w Białymstoku, li qabel kienet Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska spółka jawna w Białymstoku
(Kawża C-188/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Dritt għal tnaqqis - Riduzzjoni tal-ammont tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ ksur tal-obbligu li jintuża cash register)
2010/C 246/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku
Konvenuta: Profaktor Kulesza, Frankowski, Jóźwiak, Orłowski spółka jawna w Białymstoku, li qabel kienet Profaktor Kulesza, Frankowski, Trzaska spółka jawna w Białymstoku
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 3), kif ukoll tal-Artikoli 2, 10(1) u (2), 17(1) u (2), 27(1) u 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kompatibbiltà ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ cash register għall-bejgħ magħmul mill-persuni suġġetti għall-VAT lill-persuni mhux taxxabbli u li tissanzjona l-ksur ta’ dan l-obbligu bit-telf tad-dritt għal tnaqqis ta’ 30 % tat-taxxa tal-input imħallsa
Dispożittiv
1)
Is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) u (2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, u fl-Artikoli 2 u 10(1) u (2), kif ukoll fl-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-20 ta’ Jannar 2004, ma tipprekludix li Stat Membru jillimita temporanjament l-ammont tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għall-persuni taxxabbli li ma osservawx formalità li jniżżlu l-bejgħ tagħhom fil-kotba tal-kontijiet, bil-kundizzjoni li s-sanzjoni hekk prevista tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
2)
Dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi tal-2004 dwar it-taxxa fuq il-prodotti u servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-11 ta’ Marzu 2004, ma jikkostitwixxux “miżuri speċjali għal deroga” intiżi li jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2004/7.
3)
L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2004/7, ma jostakolax iż-żamma fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 111(1) u (2) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u servizzi, tal-11 ta’ Marzu 2004.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009
Full & Egal Universal Law Academy