31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-191/09 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-200/09 P) vs Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT
(Kawżi magħquda C-191/09 P u C-200/09 P) (1)
(Appell - Dazji antidumping - Regolament (KE) Nru 954/2006 - Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(10)(i), 3(2), (3) u (5) sa (7), 18(3) u 19(3) - Iffissar tal-valur normali u tal-ħsara - Kunċett ta’ “entità ekonomika waħda” - Drittijiet tad-difiża - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2012/C 98/02
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, G. Berrisch, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti
Appellati: Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT), li qabel kienet Nikopolsky Seamless Tubes Plant “Niko Tube” ZAT, Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT), li qabel kienet Nizhnedneprovsky Tube-Rolling Plant VAT, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Vander Schueren, avukat, N. Mizulin, solicitor)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Marzu 2009, fil-kawża T-249/06, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT (Interpipe Niko Tube ZAT) u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (Interpipe NTRP VAT) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000 (ĠU L 175, p. 4)
Dispożittiv
(1)
L-appell prinċipali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa miċħud.
(2)
L-appell prinċipali tal-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.
(3)
L-appell inċidentali ta’ Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT u ta’ Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT huwa miċħud.
(4)
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 193, 15.8.2009
Full & Egal Universal Law Academy