10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-194/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Tariffa preferenzjali tal-elettriku - Konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ għajnuna - Emenda u proroga tal-miżura - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) KE - Għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(v) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2011/C 269/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alcoa Trasformazioni Srl (rappreżentanti: M. Siragusa, avukat, T. Müller-Ibold u T. Graf, Rechtsanwälte, F. Salerno, avukat)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. Khan, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 fil-kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tiftah il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE fir-rigward tal-proroga tal-iskemi ta’ tariffa preferenzjali tal-elettriku awtorizzata għal ċerti industriji li jikkunsmaw kwantità kbira ta’ elettriku fl-Italja (Għajnuna tal-Istat C 36/06 (ex NN 38/06)), sa fejn hija tirrigwarda t-tariffa tal-elettriku li minnha jibbenefikaw iż-żewġ stabbilimenti produtturi ta’ aluminju li huma ta’ proprjetà tar-rikorrenti f’Fusina (Venezja) u f’Portovesme (Sardenja)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Alcoa Trasformazioni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy