17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Proċedura mressqa mil-Lahti Energia Oy
(Kawża C-209/09) (1)
(“Direttiva 2000/76/KE - Inċinerazzjoni ta’ skart - Impjant ta’ inċinerazzjoni - Impjant ta’ koinċinerazzjoni - Kumpless ikkostitwit minn fabbrika tal-gass u minn impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija - Inċinerazzjoni fl-impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija ta’ gass mhux ippurifikat prodott mit-trattament bis-sħana tal-iskart fil-fabbrika tal-gass”)
2010/C 100/12
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Parti fil-kawża prinċipali
Lahti Energia Oy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 353) — Kumpless ikkostitwit minn fabbrika li tipproduċi gass mill-iskart kif ukoll minn impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija li l-boiler tiegħu jaħraq il-gass iġġenerat mit-trattament bis-sħana tal-iskart fil-fabbrika tal-gass — Kombustjoni fil-boiler tal-impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija ta’ gass mhux ippurifikat minflok gass ippurifikat
Dispożittiv
Impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija li juża bħala kombustibbli addizzjonali, ma’ kombustibbli fossili użati prinċipalment fl-attività tiegħu ta’ produzzjoni, gass miksub f’fabbrika prodott mit-trattament bis-sħana applikat lil skart għandu jiġi kkunsidrat, flimkien ma’ din il-fabbrika bħala “impjant ta’ ko-inċenerazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart, meta l-imsemmi gass ma ġiex ippurifikat fil-konfini tal-imsemmija fabbrika.
(1) ĠU C 193, 15.8.2009.
Full & Egal Universal Law Academy