3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour administrative d’appel de Nantes — Franza) — Scott SA, Kimberly Clark SNC, attwalment “Kimberly Clark SAS” vs Ville d’Orléans
(Kawża C-210/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 14(3) - Irkupru tal-għajnuna - Prinċipju ta’ effettività - Ordnijiet ta’ ġbir ivvizzjati minn difett proċedurali - Annullament)
2010/C 179/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nantes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scott SA, Kimberly Clark SNC, attwalment “Kimberly Clark SAS”
Konvenuta: Ville d’Orléans
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative d’appel de Nantes — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi favur Scott SA u Kimberly Clark — Obbligu li l-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni tiġi rkuprata mingħajr dewmien — Konsegwenzi, għal dan l-obbligu, ta’ annullament eventwali, minħabba difetti proċedurali, tal-ordnijiet maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali għall-irkupru ta’ din l-għajnuna
Dispożittiv
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal Artikolu [88] tat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi fejn is-somom li jikkorrispondu għall-għajnuna inkwistjoni ġew preċedentement irkuprati, ma jipprekludix l-annullament minħabba difett proċedurali, mill-qorti nazzjonali, tal-ordnijiet ta’ ġbir maħruġa għall-irkupru tal-għanjuna mill-Istat illegali, meta l-possibbiltà tar regolarizzazzjoni ta’ dan id-difett proċedurali hija żgurata mil-liġi nazzjonali. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tipprekludi li dawn is-somom jitħallsu lura mill-ġdid lill-benefiċjarju tal-għajnuna, anki jekk provviżorjament.
(1) ĠU C 205, 29.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy