28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-212/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Moviment liberu tal-kapital - Azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) miżmuma mill-Istat Portugiż fi ħdan GALP Energia SGPS SA - Intervent fit-tmexxija ta’ kumpannija privatizzata)
2012/C 25/03
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, M. Teles Romão u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, C. Botelho Moniz, M. Rosado da Fonseca u P. Gouveia e Melo, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Drittijiet speċifiċi tal-Istat u ta’ entitajiet pubbliċi oħra fil-kumpannija GALP Energia, SGPS SA (“golden shares”)
Dispożittiv
(1)
Billi żammet fi ħdan GALP Energia SGPS SA drittijiet speċjali bħal dawk stabbiliti f’dan il-każ mil-Liġi Nru 11/90, li tirrigwarda liġi qafas dwar il-privatizzazzjonijiet (Lei no 11/90, Lei Quadro das Privatizaçoes), tal-5 ta’ April 1990, mid-Digriet Legali Nru 261-A/99, li japprova l-ewwel fażi tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kapital azzjonarju ta’ GALP — Petróleos e Gás de Portugal SGPS SA (Decreto-Lei no 261-A/99 aprova a 1.a fase do processo de privatização do capital social da GALP — Petróleos e Gás de Portugal, SGPS, SA), tas-7 ta’ Lulju 1999, u mill-istatut tal-kumpannija msemmija favur l-Istat Portugiż u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) miżmuma minn dan l-Istat fil-kapital azzjonarju tal-kumpannija msemmija, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 56 KE.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009
Full & Egal Universal Law Academy