22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — SGS Belgium NV, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV vs Belgisch Interventie- en Restitutiebureau, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV, SGS Belgium NV, Belgisch Interventie- en Restitutiebureau
(Kawża C-218/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Artikolu 5(3) - Kundizzjonijiet għall-għoti - Eċċezzjoni - Kunċett ta’ “forza maġġuri” - Prodotti li tħassru matul it-trasport)
2010/C 134/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SGS Belgium NV, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV
Konvenuti: Belgisch Interventie- en Restitutiebureau, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV, SGS Belgium NV, Belgisch Interventie- en Restitutiebureau
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Eċċezzjoni — Prodott li tħassar matul it-trasport minħabba każ ta’ forza maġġuri
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/95, tad-19 ta’ Ġunju 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deterjorament subit minn tagħbija ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella, fil-kundizzjonijiet deskritti mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy