4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Kronospan Mielec sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie
(Kawża C-222/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 9(2)(ċ) u (e) - Xogħlijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp magħmula minn inġiniera - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi)
2010/C 328/10
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kronospan Mielec sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu9(2)(ċ) u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Direttiva 77/388/KEE, Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tal-Artikoli 52(a) u 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — Servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp, ipprovduti lil persuna taxxabbli stabbilita fil-Komunità Ewropea iżda barra l-Istat Membru li fih ingħataw materjalment is-servizzi — Klassifikazzjoni ta’ dawn is-servizzi kemm bħala “attivitajiet xjentifiċi” kif ukoll bħala “servizzi ta’ enġiniera”
Dispożittiv
Provvisti ta’ servizzi, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp fil-qasam ambjentali u teknoloġiku, magħmula minn inġiniera stabbiliti fi Stat Membru fuq ordni u għall-benefiċċju ta’ destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “servizzi ta’ enġiniera” fis-sens tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy