15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta' Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-226/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni - Servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tal-imsemmija direttiva - Servizzi mhux suġġetta għar-rekwiżiti kollha tal-imsemmija direttiva - Piż tal-kriterji għall-għoti ddeterminat wara l-preżentazzjoni tal-offerti - Bdil fil-piż wara l-ewwel eżami tal-offerti ppreżentati - Osservanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-obbligu ta’ trasparenza)
2011/C 13/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Konstantinidis u A.-A. Gilly, aġenti]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, A. Collins SC]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni - Servizzi mhux suġġetti għar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 137) – Piż tal-kriterji għall-għoti wara s-sottomissjoni ta’ offerti - Prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza
Dispożittiv
(1)
Billi bidlet il piż tal-kriterji għall għoti ta’ kuntratt għall provvista ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni wara l ewwel eżami tal offerti ppreżentati, l Irlanda naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt il prinċipju ta’ trattament ugwali u l obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu kif interpretati mill Qorti tal Ġustizzja.
(2)
Il kumplament tar rikors huwa miċħud.
(3)
Il Kummissjoni Ewropea u l Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy