17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-228/09) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artkoli 78, 79, 83 u 86 - Ammont taxxabbli - Bejgħ ta’ vettura - Inklużjoni fl-ammont taxxabbli ta’ taxxa applikabbli għal vetturi mhux irreġistrati”)
2010/C 195/02
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz, M. Jarosz u A. Rutkowska, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 78, 79, 83 u 86 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Bejgħ ta’ vettura bil-mutur — Inklużjoni fl-ammont taxxabbli ta’ taxxa dovuta mar-reġistrazzjoni tal-vettura
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy