15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Hogan Lovells International LLP vs Bayer CropScience AG
(Kawża C-229/09) (1)
(Dritt tal-privattivi - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Direttiva 91/414/KEE - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Għoti ta’ ċertifikat għal prodott li jkun kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq provviżorja)
2011/C 13/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hogan Lovells International LLP
Konvenuta: Bayer CropScience AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335) — Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni — Possibbiltà li l-imsemmi ċertifikat jinħareġ abbażi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq, mogħtija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE — Sustanza attiva iodosulfuron
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jinħareġ għall-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq valida skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Frar 2005.
(1) ĠU C 220 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy