15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Repubblika tal-Latvja) — Dita Danosa vs LKB Līzings SIA
(Kawża C-232/09) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu - Artikoli 2(a) u 10 - Kunċett ta’ ‘ħaddiema tqila’ - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha - Direttiva 76/207/KEE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkeċċija ta’ tali membru mingħajr ebda restrizzjoni)
2011/C 13/17
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dita Danosa
Konvenuta: LKB Līzings SIA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Kunċett ta’ ħaddiem — Kompatibbiltà mad-direttiva ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkeċċija ta’ membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju mingħajr ebda restrizzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni t-tqala ta’ tali membru
Dispożittiv
(1)
Membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, li jagħti servizzi lil din tal-aħħar u li jifforma parti integrali minnha, għandu jiġi kkunsidrat bħala ħaddiem għall-finijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), jekk il-funzjonijiet tiegħu huma mwettqa, matul ċertu perijodu, taħt id-direzzjoni jew il-kontroll ta’ organu ieħor ta’ din il-kumpannija u jekk, inkambju għal dawn il-funzjonijiet, huwa jirċievi remunerazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju illi għandha tivverifika l-fatti meħtieġa sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li minnha hija adita.
(2)
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens illi jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li t-tneħħija ta’ membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju mingħajr restrizzjoni meta l-persuna kkonċernata hija kklassifikata bħala “ħaddiema tqila” fis-sens ta’ din id-direttiva u li d-deċiżjoni ta’ tneħħija meħuda fil-konfront tagħha hija essenzjalment ibbażata fuq l-istat ta’ tqala tagħha. Anki jekk il-membru kkonċernat ta’ bord ta’ diretturi ma hijiex hekk ikklassifikata, xorta jibqa’ l-fatt illi t-tneħħija ta’ membru ta’ bord ta’ diretturi li jeżerċita funzjonijiet bħal dawk deskritti fil-kawża prinċipali minħabba tqala jew minħabba raġuni essenzjalment ibbażata fuq dan l-istat tista’ tikkonċerna biss in-nisa, u għalhekk tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, kuntrarja għall-Artikoli 2(1) u (7) u 3(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy